L-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern bħalissa għandu iktar minn 65,000 volum illegat ta’ atti nutarili li jmorru lura għall-1465 A.D. In-nutara u l-pubbliku ġenerali jżuru l-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern biex jordnaw kopji ta’ kuntratti pubbliċi jew testmenti, proċess li jista' jieħu sa tlett ijiem xogħol.
L-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern ifittex li jipprovdi l-fakultà lill-pubbliku biex jippermetti l-viżjoni, qari u li jiġu ordnati kopji tal-atti pubbliċi permezz ta’ dan is-sit elettroniku, li permezz tagħha n-Nutara u l-pubbliku ġenerali jkunu jistgħu jaraw verżjoni elettronika tal-kuntratti misjuba ġewwa l-Arkivji Nutarili mill-kumdità tal-uffiċċju jew dar tagħhom. Is-sistema tal-arkivji nutarili tipprovdi l-mezzi meħtieġa għad-digitalizzazzjoni, u b’hekk tipprovdi aċċess aħjar u tippermetti l-preservazzjoni tal-volumi peress li jkun hemm inqas moviment tal-istess volumi.
Dan il-proġett ser jikkontribwixxi għal żieda fl-effiċjenza u tnaqqis fl-ispejjeż u l-ħin tal-ipproċessar ta' volumi tal-atti nutarili. Dan ser jirriżulta f’aktar aċċessibilità tal-eGoverment Services relatati mal-Arkivji Nutarili.