FAQs

 

Liema atti nutarili jinstabu f'dan is-sit elettroniku?

Il-volumi nutarili qegħdin jiġu qed jiġu diġitizzati kontinwament. Volumi ġodda qed jittellgħu kuljum. Bdejna d-diġitizzazzjoni tal-volumi mill-2017 u mexjin lura. Minbarra dawk, qed jiġu mtela l-atti li qed ikunu ordnati kuljum.

 

Kif nista’ nfittex att nutarili?

Tista’ tfittex biex tara jekk issibx att nutarili huwiex disponibbli jew le mill-paġna ta' tfittxija li tiġi aċċessata mill-paġna ewlenija. Trid tfittex billi tuża l-isem, kunjom, u d-data tal-att. Hemm lista tan-nutara murija biex tgħinnek. Il-lista ħa tiġi ffiltrata awtomatikament meta tibda tittajpja l-isem jew il-kunjom tan-nutar. Tista' tagħfas il-vleġġa blu biex iżżid id-dettalji tan-nutar li trid direttament fit-tfittxija. Ara l-video għal gwida dwar kif tfittex att nutarili.

 

Att li fittixt ma nstabx. Kif nista' nikseb kopja?

Jekk l-att meħtieġ ma jinstabx, tista' tordna kopja billi tikklikkja fuq il-buttuna s-safra fil-paġna tar-riżultati tat-tfittxija u timla l-formola tal-ordni. L-att diġitalizzat se jkun disponibbli onlajn fi żmien ħames (5) ijiem ta’ xogħol.

 

Irrid kopja legali ta' att. Kif nista' nordna kopja?

Jekk l-att qiegħed diġà onlajn, inti tista’ tixtrih u fil-paġna tal-kart immarkah legali. Jekk l-att meħtieġ mhuwiex onlajn, l-ewwel trid tordnah billi ssegwi l-passi fil-mistoqsija preċedenti, u mbagħad tixtrih ladarba jkun disponibbli.

 

Jiena nixtri kopji ta’ atti nutarili spiss. Bilfors irrid nuza l-payment gatewaykull darba?

Le, dan il-portal jipprovdi l-faċilita’ li tista’ żżid il-kreditu fil-kartiera virtwali għall-utenti li jixtiequ jixtru kreditu biex jintuża aktar tard, li huwa spjegat aktar f'dan il-video. Biex tieħu vantaġġ minn din il-karatteristika trid tkun illoggjat. Ara dan il-video jekk għandek bżonn għajnuna biex toħloq jew tidħol fil-kont tiegħek. Biex tara dak li għandek fil-kart u tipproċedi għall-ħlas, ara dan il-video.

 

Xtrajt att imma ħassart il-kopja mniżżla bi żball. Irrid nerġa’ nixtri kopja mill-ġdid jekk ikolli bżonnha mill-ġdid fil-futur?

Jekk xtrajt id-dokument waqt li kont illoggjat, il-portal awtomatikament iżomm rekord tad-dokumenti li xtrajt u tista' tniżżlu mill-ġdid. Jekk xtrajt id-dokument bħala mistieden, ġentilment mitlub biex tgħarrafna billi tuża l -paġna tal- ikkuntatjana, sabiex inkunu nistgħu nikkonfermaw l-ordni preċedenti tiegħek u nkunu nistgħu nerġgħu nibgħatuhielek.

 

Irrid nibgħat id-dokument mixtri fuq aktar minn email waħda. Nista' nagħmel dan?

Jekk inti kont illoggjat, fil-paġna tal-profil għandek l-għażla li żżid indirizz tal-email ieħor. B’hekk, id-dokumenti jiġu rċevuti kemm fuq l-email tal-kont kif ukoll fuq l-indirizz tal-email addizzjonali.

 

Irrid noħloq kont ġdid. Nista' nżomm id-dokumenti u l-kreditu li diġà għandi fil-kont eżistenti tiegħi?

Iva, inti ġentilment tgħarrafna, billi tuża l -paġna tal- ikkuntatjana, sabiex inkunu nistgħu nittrasferixxu id-dokumenti u l-kreditu.

 

Irrid nikkuntattja nutar privat. Għandek id-dettalji ta’ kuntatt tagħhom?

L-Uffiċċju tan-Nutar għall-Gvern huwa responsabbli biss għal-lista uffiċjali tan-nutara li toħroġ fil-Gazzetta tal-Gvern. Jekk trid issib id-dettalji tan-nutar, jekk jogħġbok uża l-websajt tal-Kunsill Nutarili billi tagħfas hawn.

 

Kif nista' nagħti suġġerimenti rigward il-kontenut tal-websajt?

Ir-rispons tiegħek se jkun apprezzat. Għalhekk, l-żbalji jistgħu jiġu indikati lilna għal korrezzjoni. Jekk jogħġbok uża l-faċilità 'Ikkuntattjana'; kull suġġeriment biex jitjieb il-livell tas-servizz mogħti minn din il-websajt dejjem ikun innutat.

 

Tfittxija Avvanzata

Biex ikun irkuprat dokument wieħed bl-użu tal-URI (Resource Identifier Uniku) trid issegwi waħda mill-istrutturi li ġejjin:

 

https://notarialacts.gov.mt/doc/deedref/year/notarywarrant/doctype

 

Eżempju: https://notarialacts.gov.mt/doc/1214/2017/20/Tax

 

Biex tkun irkuprata lista tad-dokumenti li jużaw l-URI trid issegwi waħda mill-istrutturi li ġejjin:

 

Biex tirkupra d-dokumenti kollha disponibbli: https://notarialacts.gov.mt/doclist

 

Biex tirkupra d-dokumenti kollha disponibbli li jaqblu mal-parametri pprovduti:

https://notarialacts.gov.mt/doclist/notaryname/notarysurname/notarywarrant/doctype/deedreference/datefrom/dateto

1.        Għal kull parametru li mhux meħtieġ għall-filtru, ittajpja "all"

2.       Il-format tad-data għandu jkun dd-MM-Ssss

Pereżempju, https://notarialacts.gov.mt/doclist/John/all/all/all/20/25-01-2015/all jtellgħa l-paġna tat-tiftix bir-riżultati li juru atti sottomessi minn nutara bl-isem John bl-att ta’ referenza 20 fil-25 ta' Jannar 2015.