Termini u Kundizzjonijiet

  1. L-atti mibjugħa ma jistgħux jiġu rimborsati taħt l-ebda kondizzjoni sakemm ma jingħadx mod ieħor.
  2. L-atti mixtrija ma jistgħux jiġu trasferiti u m'għandhomx jerġgħu jinbiegħu.
  3. Ix-xiri kollu huwa suġġett għat-termini u kundizzjonijiet tal-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern.
  4. Il-Portal Nutarili juża l-MITA Payment Gateway. Id-dettalji personali kollha huma encrypted u l-ebda dettalji tal-karta ta' kreditu ma jinħażnu mill-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern. Filwaqt li ttieħdu l-passi kollha meħtieġa biex il-ħlas ikun kemm jista' jkun sigur, l-utent jifhem li xi riskji jistgħu jibqgħu jeżistu u li kwalunkwe telf ta' informazzjoni personali ma jistax jirriżulta f'responsabbiltà tal-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern.
  5. Kopji tal-atti jinħarġu bl-użu tal-Portal Nutarili u huma f’diskrezzjoni għat-Termini u l-Kundizzjonijiet tal-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern.
  6. It-tniżżil ta’ l-atti jimplika l-aċċettazzjoni awtomatika tat-termini u l-kundizzjonijiet tal-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern.
  7. Jekk għandek xi mistoqsijiet rigward din il-websajt jew is-servizzi tagħha, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern fuq 22479800 jew ibagħtilna email fuq notarial.archives@gov.mt.